Skip to main content

Fil-21 ta’ Novembru 2024, Xjenza Malta organizzat it-tieni edizzjoni tax-Xjenza Malta Research & Innovation EXPO, fejn ġew esibiti 17-il proġett innovattiv mifruxa fuq seba’ oqsma ta’ riċerka. Dawn l-inizjattivi kienu appoġġjati permezz tal-programm nazzjonali FUSION u skemi oħra ta’ internazzjonalizzazzjoni.

Fost il-proġetti esibiti kien hemm il-proġett MED-WET, rappreżentat mid-Direttorat EkoGħawdex. Fl-Expo, ir-riżultati tal-proġett MED-WET ġew murija permezz ta’ stand dedikat li kien jinkludi video dwar il-proġett, prototipi tal-elementi SLECI, u links diretti għall-websajt tal-proġett.

Id-Direttorat EkoGħawdex ħa ukoll sehem attiv f’diskussjoni fuq panel bit-tema “Green and Blue Research: Paving Malta’s Path to Sustainability.” F’din is-sessjoni ġew diskussa il-proġetti AMBULANT, BIMA, BLUEBIOCHAIN, PROFIUS, u MED-WET. Id-diskussjoni bdiet b’vidjows ta’ introduzzjoni dwar kull proġett, u kienet segwita minn sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet moderata, fejn il-panelisti irrispondew għal-mistoqsijiet kemm mill-moderatur kif ukoll mill-udjenza.

Skip to content