Skip to main content

Id-Direttorat ta’ EkoGħawdex, wieħed mis-seba’ sħab tal-Proġett RESINDUSTRY, fis-27 ta’ April żamm f’Għawdex is-7 Workshop Interreġjonali, u fit-28 ta’ April, is-7 Steering Committee u t-3 Study Visit.

L-għan ewlieni ta’ RESINDUSTRY hu li żżid l-awtonomija tal-enerġija fis-settur tal-industrija tal-UE billi tnaqqas l-intensità tal-enerġija tagħha permezz ta’ integrazzjoni ogħla ta’ RES.

Fil-Lukanda Ta’ Ċenċ, iktar minn 50 parteċipant minn 6 pajjiżi tal-UE u Malta, fosthom dawk li huma sħab fil-proġett jew għandhom interess fih, ħadu sehem f’workshop li ddiskuta l-pjan ta’ azzjoni tal-imseħbin fil-proġett għat-tieni fażi tal-proġett. Il-workshop fetaħ b’introduzzjoni mid-Direttur ta’ EkoGħawdex, is-Sur Joseph Cutajar, u wara saret preżentazzjoni mis-sħab kollha dwar il-pjanijiet ta’ azzjoni għat-tieni fażi, segwita minn diskussjoni miftuħa bejn is-sħab kollha.

Iktar tard dakinhar, is-sħab u l-partijiet interessati kollha ġew akkumpanjati għal żjara lill-Bastjun taċ-Ċittadella mill-Assistent Direttur is-Sur Stephen Cini mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali.

Steering Committee 7

Is-sħab fil-proġett kellhom laqgħa qasira dwar is-sitt semestru tal-proġett u attivitajiet ippjanati għat-tieni fażi fis-Sala tas-Sentinella, iċ-Ċittadella.

Żjara ta’ Studju 3

Il-konsorzju kien ippjana li jiltaqa’ f’Settembru 2020, imma minħabba l-pandemija tal-Covid, il-laqgħa ġiet posposta. Is-sħab fil-proġett, flimkien mal-partijiet interessati kollha, kellhom żjara interessanti ta’ studju f’Magro Food Village u l-FXB fix-Xewkija Industrial Estate. Fit-tieni semestru tal-proġett, iż-żewġ fabbriki msemmija ġew ivvutati fost l-aħjar 14-il prattika minn total ta’ 70 prattika mill-aqwa. Minħabba l-għadd kbir ta’ parteċipanti, il-konsorzju ġie maqsum f’żewġ gruppi. Barra minn żjara lill-binjiet rispettivi, fejn il-parteċipanti setgħu josservaw il-proċess industrijali, il-konsorzju ġie wkoll mgħarraf bis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li l-fabbriki qed jużaw bħalissa u l-pjanijiet għall-futur biex tintaqqas aktar id-dipendenza tal-fabbrika fuq kombustibbli fossili.

Għal iktar tagħrif fuq il-Proġett RESINDUSTRY Project, agħfas hawn.

Skip to content