EkoGħawdex

Ekoloġija

Wieħed mir-rwoli prinċipali ta’ EkoGħawdex hu li jħares u jsostni l-ispazji naturali u l-ekoloġija ta’ Għawdex.

Il-prijorità tingħata lil flora u fawna tal-art li qed tikber jew tagħmel ħabitati naturali speċifiċi bħal widien, xagħri, irdum, artijiet mistagħdra, żoni msaġġra, oħrajn ramlija, u partijiet blatija tal-kosta.

EkoGħawdex iwettaq bosta attivitajiet f’dan ir-rigward.