Skip to main content

Nhar il-Ħamis, 25 ta’ Lulju 2024, id-Direttorat Eko-Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar flimkien mal-Università ta’ Malta ospitaw l-ewwel Laqgħa tal-Kumitat lokali tal-Proġett ReMED f’Għawdex b’suċċess.

Il-Fakultà għall-Ambjent Mibni tal-Università hija s-sieħeb ewlieni tal-Proġett ReMED, u Eko-Għawdex huwa sieħeb fil-proġett.

ReMED: Lejn Bliet Mediterranji Reżiljenti għat-Tibdil fil-Klima, huwa Proġett Interreg Euro-MED, bl-objettiv li jiġu promossi l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ diżastri, filwaqt li jitqiesu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema.

Il-proġett jikkapitalizza fuq ir-riżultati ta’ proġetti preċedenti inkluż il-Proġett CESBA MED:
Sustainable MED Cities, (Metodu Ewropew Komuni ta’ Valutazzjoni tal-Bini Sostenibbli).

L-iżvilupp potenzjali ta’ għodod affordabbli u oqfsa ta’ appoġġ ġenerali ġew diskussi matul din il-laqgħa tal-kumitat.

Għal iktar dettalji żur is-Sit tal-Proġett

Skip to content