Permezz ta’ dan il-programm, 50 ristorant u kafeterija ġew imħarrġa dwar miżuri li għandhom jintroduċu biex jirriduċu l-effetti tal-konsum tal-enerġija u l-ilma u jnaqqsu l-ħela. Dan il-proġett jagħti bażi soda għal turiżmu sostenibbli aħjar. Għawdex jara għadd kbir ta’ viżitaturi kuljum – kemm domestiċi u internazzjonali.
Dan l-influss kbir ta’ viżitaturi kuljum jiġġenera għadd konsiderevoli ta’ skart: sa nofsinhar l-irħula, bajjiet u mkejjen turistiċi l-kbar kollha jidhru xi ftit maħmuġin minħabba l-ammont kbir ta’ skart fit-tankijiet taż-żibel. Se jiġu introdotti smart bins fuq netwerk jismu Internet of Things (IOT) biex jgħinu għal immaniġġjar effettiv. L-għan hu li jiġu introdotti smart bins fil-Belt Victoria, ix-Xlendi, il-Bajja tar-Ramla, Mġarr ix-Xini u Marsalforn. Sal-2025 jiġu introdotti oħrajn f’postijiet prinċipali. Is-smart bins ikollhom is-sapport ta’ immaniġġjar tajjeb u struttura operattiva li tiżgura li jiġu mbattla skont standards ċari ta’ servizz definit malli jimmarkaw li huma mimlijin.