Il-LIFE Integrated Project hu proġett ta’ tmien snin immexxi mill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma u kkofinanzjat taħt il-Programm EU LIFE. Dan il-proġett jissapportja l-implimentazzjoni tas-2nd River Basin Management Plan (RBMP) ta’ Malta u l-formulazzjoni tat-Tielet RBMP.
Il-proġett jindirizza sfidi speċifiċi soċjali, ekonomiċi u ambjentali assoċjati ma’ gżira stat żgħira fil-Mediterran b’popolazzjoni kbira – l-iskarsezza tal-ilma u l-kundizzjonijiet tan-nixfa, densità għolja ta’ popolazzjoni, salinità, kontaminazzjoni, u vulnerabbiltà tal-ilmijiet kostali. L-azzjonijiet tal-proġett jiffokaw fuq għarfien ikbar, iktar miżuri, governanza u tnaqqis ta’ inċertezza.
Il-Ministeru għal Għawdex hu wieħed mis-sħab kordinaturi fil-LIFE Integrated Project u qed imexxi hu l-Azzjoni Konkreta C.6: Sit ta’ Dimostrazzjoni għall-applikazzjoni ta’ Riżorsi ta’ Ilma Ġdid – Għawdex.
Dan il-proġett qed jaħseb għall-iżvilupp ta’ sit ta’ dimostrazzjoni fil-Farm Sperimentali tal-Gvern ta’ Għawdex għall-applikazzjoni ta’ Ilma Ġdid għall-irrigazzjoni agrikulturali. Id-dimostrazzjoni se sservi diversi għanijiet kruċjali għas-settur tal-biedja, fosthom: