Myrtus Communis

Siġra tar-Riħan

Din hija siġra żgħira u dejjem ħadra li tista’ titwal sa ħames metri. Il-fjuri huma mdakkra min-naħal fost xi insetti oħra u ż-żrieragħ huma mxerrda mill-għasafar. Speċi rari li tikber fl-għoljiet tal-blat u li qed tonqos malajr fis-selvaġġ. Varjeta ta’  riħan importat, ’ u magħruf aħjar bħala ‘tarentina’, ħafna drabi jidher differenti mill-istokk indiġenu peress li jkollu weraq iżgħar u aktar kompatti.

Il-weraq ta’ din is-siġra huwa twil bejn tlieta u ħames ċentimetri, għandu riħa ta’ lumi, b’weraq bil-ponta u aħdar ileqq.

Il-fjuri li jitwieldu fis-sajf huma bojod u b’żewġ ċentimetri madwar b’petali fit-tond. Il-frott huma berries żgħar suwed jew bojod.

Tkattir miz-Żerriegħa

  1. Poġġi żżerriegħa filfriġġ u żommhom hemm għal madwar xahar, jew aħjar sa xahrejn.
  2. Agħmel taħlita ta’ compost u perlite 2:1, jiġifieri tuża volum doppju ta’ compost. Tista’ żżid ftit ħamrija talġonna jew talgħelieqi wkoll (hamrija ordinarja)
  3. Iżra u għatti bi ftit ħamrija, madwar 1 cm fond.
  4. Poġġi fiddawl iżda mhux fixxemx diretta, pereżempju f’bitħa dellija.
  5. Iżra flaħħar ta’ Frar, meta lġranet jibdew jisħnu.
  6. Saqqi ftit u regolarment, biex ilħamrija tibqa’ dejjem humduża.
  7. Jinbtu madwar 3 jew 4 ġimgħat wara żżrigħ.

Stephen Mifsud