Myrtus Communis

Riħan

Din hija siġra żgħira u dejjem ħadra li tista’ titwal sa ħames metri. Il-fjuri huma mdakkra min-naħal fost xi insetti oħra u ż-żrieragħ huma mxerrda mill-għasafar. Speċi rari li tikber fl-għoljiet tal-blat u li qed tonqos malajr fis-selvaġġ. Varjeta ta’  riħan importat, ’ u magħruf aħjar bħala ‘tarentina’, ħafna drabi jidher differenti mill-istokk indiġenu peress li jkollu weraq iżgħar u aktar kompatti.

Il-weraq ta’ din is-siġra huwa twil bejn tlieta u ħames ċentimetri, għandu riħa ta’ lumi, b’weraq bil-ponta u aħdar ileqq.

Il-fjuri li jitwieldu fis-sajf huma bojod u b’żewġ ċentimetri madwar b’petali fit-tond. Il-frott huma berries żgħar suwed jew bojod.