Vitex Agnus Castus

Siġra tal-Virgi jew Bżar tal-Patrijiet

Din hija arbuxell jew siġra żgħira, twila bejn metru u sitt metri u hija indiġena għar-Reġjun tal-Mediterran. Hija speċi indiġena għall-Gżejjer Maltin u tinstab tikber fil-widien u f’art imxarrba. Fil-passat kien jintuża minn missirijietna fil-produzzjoni tal-basktijiet tradizzjonali. Bħala pjanta ornamentali, din is-siġra tista’ tintuża għall-weraq interessanti tagħha u għall-fjuri li jikbru lejn l-aħħar tas-sajf li jattiraw friefet u ħafna insetti tad-dakra oħra.

Il-weraq ta’ din is-siġra huma aromatiċi u komposti minn fuljetti ta’ ħames jew seba’ werqiet f’forma ta’ sebgħa tal-id, twal bejn żewġ u għaxar ċentimetri, aħdar skur fuq u miksi b’xagħar abjad ħarir taħt.

Il-fjuri huma abbundanti, jinġarru fis-sajf bejn Ġunju u Settembru u ta’ kulur blu fil-vjola (rarament roża jew abjad).

Tkattir miz-Żerriegħa

  1. Poġġi żżerriegħa flilma fjuttat u ħallihom hemm għal ġurnata jew tnejn.
  2. Iġbor u uża żżerriegħa li tgħereq taħt lilma (dik li tibqa’ fuq ilwiċċ mhix tajba).
  3. Agħmel taħlita binnofs ta’ ħamrija talġonna jew talgħelieqi u compost.
  4. Iżra żżerriegħa 1–2 cm taħt ilħamrija f’pots ftit fondi u poġġihom f’post kennut fix-xemx.
  5. Iżra filbidu ta’ Mejju.
  6. Saqqi ftit u regolarment, biex ilħamrija tibqa’ dejjem imxarrba.
  7. Jinbtu madwar 2–3 ġimgħat wara żżrigħ.

Stephen Mifsud