Ceratonia Siliqua

Siġra tal-Ħarrub

Din is-siġra hija dejjem ħadra u tikber għal madwar għaxar metri. Hija tikber fil-widien, f’żoni ikkultivati u qrib il-bini rurali. Hija siġra komuni iżda l-habitats naturali tagħha qegħdin jonqsu. Il-ħarrub kien użat minn missirijietna bħala għalf għall-bhejjem tagħhom. Il-miżwed ta’ dawn is-siġar għadu jintuża biex jiġi prodott il-‘ġulepp tal-ħarrub’.

Il-weraq ta’ din is-siġra jikkonsistu minn żewġ sa ħames pari ta’ fuljetti ovati, tal-ġilda, b’ponta mnaqqxa u marġini kemmxejn immewġin.

Fjuri ħodor mingħajr petali, fi fjorituri żgħar li jinġarru fuq il-friegħi avvanzati fiż-żmien, li jidhru fl-istess post sena wara oħra. Fjuri maskili u femminili normalment jikbru fuq siġar differenti. Il-blanzuni jiftħu fil-ħarifa (tipikament matul ix-xahar ta’ Ottubru) meta r-riħa qawwija tal-fjuri maskili timla l-arja.

Il-frott ta’ din is-siġra huwa twil minn għaxra sa għoxrin ċentimetru li jiffurmaw biss fuq siġar femminili.

Tkattir miz-Żerriegħa

  1. Poġġi żżerriegħa flilma sħun ta’ madwar 70–80°C u ħalliha hemm għal ġurnata. Tużax ilma jagħli. Tista’ tgħalli lilma, tistenna 10 minuti, u mbagħad tpoġġi żżerriegħa fih; jew inkella tuża lilma sħun talwater heater li ġeneralment ikun f’din ittemperatura.
  2. Iġbor u uża żżerriegħa li tgħereq taħt lilma (dik li tibqa’ fuq ilwiċċ mhix tajba).
  3. Agħmel taħlita nofs u nofs ta’ ħamrija talġonna jew talgħelieqi u compost.
  4. Iżra żżerriegħa 2–3 cm taħt ilħamrija f’pots ftit fondi u poġġihom f’post kenni u fiddell, iżda mhux fiddlam. Tpoggix go post fejn hemm xemx diretta.
  5. Tista’ tħawwel f’Ottubru jew, aħjar, f’Marzu.
  6. Saqqi ftit u regolarment, biex ilħamrija tibqa’ dejjem imxarrba.
  7. Jinbtu madwar 3–4 ġimgħat wara żżrigħ.

Stephen Mifsud