Is-siġra tal-Ballut hija fost l‑eqdem siġar f’Malta u kienet waħda mill‑aktar speċijiet ta’ siġar abbundanti fi żminijiet preistoriċi. Siġar xjuħ fil-Wardija huma meqjusa fost l‑eqdem siġar li għandna fil‑gżejjer Maltin. B’differenza minn ħafna ballut li jwaqqgħu l‑weraq fl‑Ewropa ċentrali u tat‑tramuntana, il‑ballut huwa dejjem aħdar, b’weraq ftit iebes teil madwar 4 sa 7 ċm, spiss bi ftit xewk żgħir u qasir tul it‑truf li jixbah il-pjanta tal-Ħolly.
Is‑siġra tipproduċi frott qisu tal-injam b’żerriegħa waħda magħruf bħala ġandar, u ghalhekk isem iehor malti – is-Sigra tal-Ġandar. Il‑ballut jikber sa 15‑il metru fl‑għoli u jagħmel ħafna friegħi kbar, u għalhekk huwa ideali għall‑afforestazzjoni biex joħloq msaġar tipikament Mediterranji. Din l-is-siġra hija waħda minn diversi siġar protetti legalment f’Malta, b’importanza ekoloġika, storika u rari f’pajjiżna.





