It-taqsima tal-Indafa Pubblika toffri servizz ta’ tindif fit-toroq arterjali ta’ Għawdex, tbattal it-tankijiet taż-żibel u taqta’ l-ħaxix ħażin kemm fit-toroq prinċipali u kemm f’dawk tal-irħula lokali. Din it-taqsima hi responsabbli wkoll għaż-żamma tat-toilets pubbliċi f’Għawdex. Il-Garaxx tat-Tindif u l-Manutenzjoni tal-Bajjiet hu responsabbli li jżomm l-indafa tal-bajjiet ta’ Għawdex u Kemmuna.
It-tindif isir b’mod regolari u rigoruż ta’ kull ġimgħa. Matul is-sena l-impjegati tal-Garaxx tal-Manutenzjoni jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ f’diversi postijiet. Ħaddiema ta’ din it-taqsima jimmanifatturaw slielem, puġġamani u torrijiet tal-bajjiet biex jintużaw mil-lifeguards.