Dan il-proġett għandu l-għan li jassisti lil pajjiżi biex jagħmlu tranżizzjoni minn trasport pubbliku bbażat fuq il-kombustibbli fossili għal flotta ta’ e-buses. eBussed jikkonċentra fuq l-iskambju ta’ esperjenzi bejn reġjuni sħab fil-proġett fi stadji differenti tal-iżvilupp tal-operat tal-e-bus. Iservi lir-reġjuni kollha sħab fil-proġett biex jutilizzaw dan il-qasam ta’ teknoloġija għolja u li qed jiżviluppa b’rata mgħaġġla. eBussed jissapportja t-tranżizzjoni ta’ reġjuni Ewropej lejn mobbiltà b’inqas karbonju u trasport pubbliku iktar effiċjenti. Jippromovi l-introduzzjoni ta’ e-buses f’reġjuni ġodda u jissapportja t-tkabbir ta’ flotot eżistenzi ta’ e-buses. Il-proġett eBussed jikkontribwixxi għall-Objettiv speċifiku 3.1 tal-programm Interreg Europe “Intejbu politika ta’ ekonomija b’inqas karbonju” billi jinkuraġġixxi reġjuni jiżviluppaw u joħolqu politika aħjar dwar it-tħaddim tal-e-bus. Il-proġett jiffaċilita wkoll l-integrazzjoni tal-produzzjoni elettrika bbażata fuq enerġija rinnovabbli u t-trasport pubbliku li jaħdem bl-elettriku u inqas karbonju. Permezz ta’ ideat ġodda u politika aħjar, il-proġett jippromovi kemm in-naħa tad-domanda u l-provista tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli nodfa u kemm it-tranżizzjoni sussegwenti lejn ekonomija ta’ inqas karbonju. eBussed jaħdem għal interazzjoni bejn ir-reġjuni Ewropej biex ifittxu jesploraw modi ġodda differenti ta’ żvilupp tal-e-bus.

Dan il-proġett iwassal għal 6 pjanijiet ta’ azzjoni u jipproduċi 4 rapporti tematiċi dwar l-aqwa prattika, sett ta’ indikaturi dwar kemm reġjun ikun lest għaliha, u rakkomandazzjonijiet għal politika biex tintuża fir-reġjuni sħab fil-proġett. Il-proġett iżid il-ħiliet u l-għarfien fost ir-reġjuni sħab permezz ta’ skambju ta’ esperjenzi fuq bosta livelli u qsim ta’ ideat bejn ir-reġjuni biex ikun hemm sapport aħjar lit-tranżizzjoni lejn flotot ta’ buses li jaħdmu kollha bl-elettriku u mobbiltà b’inqas karbonju.

eBussed Local Dissemination Event

L-għan tal-Interreg Europe eBussed Project hu li jkun hemm qsim ta’ esperjenzi u ideat bejn reġjuni fi stadji differenti ta’ żvilupp fit-tħaddim tal-e-bus u biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-politika pubblika li tissapportja reġjuni li qed jagħmlu t-tranżizzjoni lejn trasport pubbliku li juża inqas karbonju u iktar elettriku sostenibbli.

Il-proġett, li fih il-Ministeru għal Għawdex huwa sħab, beda uffiċjalment fl-2019. Fl-aħħar xhur ġie żviluppat Pjan ta’ Azzjoni lokali f’kull pajjiż parteċipant. Fil-21 ta’ Ġunju 2002 il-pjan ta’ azzjoni lokali għal Għawdex ġie ppreżentat lil dawk kollha involuti waqt avveniment li nżamm fil-Lukanda Cornucopia, ix-Xagħra, Għawdex. Għal dan l-avveniment kienu preżenti l-parteċipanti kollha fil-proġett, fosthom is-CEO tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali f’Għawdex (GRDA), li qed tissapportja l-Pjan ta’ Azzjoni u se tinkludih fl-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex.

Fit-Tieni Fażi tal-proġett (Lulju 2022 – Lulju 2023), kull wieħed mill-pajjiżi sħab se jkun qed jagħmel monitoraġġ tal-proċess tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imniżżla fil-pjan ta’ azzjoni lokali.