Pinus Halepensis

Siġra taż-Żnuber

Is-siġra taż‑żnuber hija waħda mill‑aktar siġar mifruxa fir‑reġjuni sħan u niexfa tal‑Mediterran u ġiet deskritta għall‑ewwel darba minn Aleppo, is‑Sirja. Riċerka xjentifika uriet li fil-passat kienet speċi abbundanti fil‑gżejjer Maltin, iżda maż‑żmien spiċċat kważi fix-xejn, u għalhekk, iż‑Żnuber li nsibu f’Malta llum x’aktarx huma introdutti mil-ġdid matul l‑aħħar seklu jew tnejn.

B’differenza minn ħafna speċijiet ta’ żnuber li jikbru fl‑Ewropa, iż‑żnuber ta’ Aleppo ma jikbirx ħafna fl‑għoli u, f’Malta, normalment jilħaq madwar 10 metri, possibilment minħabba l‑ħamrija baxxa li għandna. Is‑siġra tipproduċi frott iebes ħafna f’forma ta’ koni, li jieħdu sentejn jew tlieta biex jiżviluppaw u jarmu ż‑żerriegħa. Iż‑żerriegħa għandha ġwienaħ irqaq qishom tal-karta strazza li jgħinuha tinxtered ’il bogħod mis‑siġra u b’hekk tippermetti lill‑ispeċi tinfirex malajr u tifforma popolazzjonijiet stabbiliti.

Bħal siġar taż‑żnuber oħra, il‑weraq tiegħu huma f’forma ta’ labar, adattament li jgħin lis-siġra tgħix f’kundizzjonijiet ħorox, b’mod partikolari ta’ nixfa u temperaturi għoljin. Hija siġra li tintuża ħafna f’proġetti ta’ afforestazzjoni, minħabba s‑suċċess tajjeb tagħhabiex tinbet u tikber mingħajr problemi f’ħabitats Maltin.

Tkattir miz-Żerriegħa

  1. Agħmel taħlita ta’ compost u perlite 2:1, jiġifieri tuża volum doppju ta’ compost. Tista’ żżid ftit ramel (grit) talaltaposta għażżrieragħ (mhux talbaħar) biex tgħin ilħamrija tkun aktar poruża.
  2. Ferrex iżżerriegħa fuq wicc ilħamrija u għatti bi ftit compost, mhux aktar minn 1 cm fond.
  3. Poġġi f’post fiddawl, idejalment nofs binnofs xemx diretta kuljum.
  4. Saqqi ftit, laħjar blisprej biex iżżomm ilħamrija umduża, għax ħafna ilma jista’ jegħerri żżerriegħa. Tista’ tissaqi minn taħt ukoll.
  5. Iżra bejn Frar u Marzu, meta lġranet jibdew jitwalu u jisħnu.
  6. Jinbtu madwar 1–2 ġimgħat wara żżrigħ.

Stephen Mifsud