Tlesta’ xogħol ta’ manutenzjoni fil-wied tar-Ramla, Għawdex.

P1050090 - CopyIl-Ministeru għal Għawdex qed ikompli bil-proġett li permezz tiegħu tiżdied il-kapaċità ta' ħażna tal-ilma tax-xita f'diversi widien madwar Għawdex.  Din il-miżura tifforma parti integrali mill-pjan ta' azzjoni ekoGħawdex u sa issa tnaddfu diversi widien, fosthom: il-Wied ta’ Żejta u il-Wied tal-Grazzja limiti tar-Rabat, il-Wied tar-Ramla limiti tax-Xagħra, il-Wied tal-Ort limiti tal-Għasri, il-Wied tal-Barumbara limiti ta’ Għajnsielem u il-Wied ta’ Marsalforn u Wied l-Infern limiti taż-Żebbuġ.  Permezz ta’ dan it-tindif, il-ħażna annwali fil-widien Għawdxin żdiedet b'madwar 46,000 metru kubu ta' ilma.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Anton Refalo, żar ix-xogħlijiet f’dan il-wied.  Bħala parti mill-proġett ta’ manutenzjoni ta’ dawn il-widien, kien imiss li jinbnew ħitan ġodda ta' lqugħ fil-Wied tar-Ramla biex hekk l-ħamrija mill-għelieqi ma tinġarrx ma’ l-ilma tax-xita.  Dan il-proġett tal-bini tal-ħitan ta’ lqugħ, hu kofinanzjat mill-proġett ‘Alter Aqua’, u qiegħed jikkontribwixxi sabiex l-art agrikola ma tonqosx u l-wied jibqa’ jilqa’ fih l-ilma tax-xita.  Il-Ministru Anton Refalo wera s-sodisfazzjon li permezz ta dan il-proġett, qed tisbieħ ukoll il-kampanja Għawdxija f’post li hu ffrekwentat minn viżitaturi matul is-sena kollha.

Il-proġett ‘Alter Aqua’ huwa kofinanzjat mill-Fondazzjoni Coca Cola (rapprezentata f’Malta minn ‘Coca Cola Company in Malta’ u General Soft Drinks Limited) permezz ta’ għotja ta’ $800,000 (madwar €560,000) u amministrat minn NGO internazzjonaliGlobal Water Partnership Mediterranean’ (GWP-Med) bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex bħala partner u benefiċjarju. 

DSC 4052 - Copy  DSC 4069 - Copy  DSC 4042 - Copy  DSC 4043 - Copy              DSC 4044 - Copy             DSC 4045 - Copy